Nixtieqek.

 

Nixtieqek li tgħannili għanja ġdid,

Dik l-għanja illi tnessi ta’ filgħodu

Id-dwejjaq u li tonfoħ ftit taż-żiffa

Li tferrex iż-żerriegħa f’dawk l-inħawi

Fejn qatt ma jikber xejn: deżert ir-ruħ.

 

Nixtieq li nisma’ l-għanja matutina,

Biex tqajjem min din ngħasa l-mejtin miexja,

Dik l-għanja trijonfanti bħal tal-anġli

Li tgħolli ftit l-ispirtu minn dal madmad,

Mit-tajn u l-iskwallur li fih twelidna.

 

Alfred Grech

12/07/2024

Comments

Popular posts from this blog