Dil-Ħajja.
Dil-ħajja
bħal tajra tittajjar
Jew għanja
li tfittex is-skiet,
Waqt wieħed
minn ġrajja ta’ dwejjaq
Tifkira ta’
mewġa l-għaddiet.
Dil-ħajja
waqt wieħed għal dejjem,
Tqanqil li
jħallik stupefatt,
Biss kelma
teħilsek mill-jasar,
Ma ssibx
oħra bħala, żgur qatt.
Tħeżżiża li
biddlet id-dinja,
Tkexkixa li
tħoss dak il-ħin,
L-essenza
ta’ xi melodija
Tifrixlek
it-triq tad-destin.
Madwarek
infern qed jinħaraq
Ġo fik hemm
minjiera tas-skiet
Il-qamar li
jilgħab mal-baħar
Din ġrajja
li għada mank bdiet.
Alfred
Grech.
15/07/2024.
Comments
Post a Comment