Il-Mixja tas-Sonnamboli.
Lejn tarf
l-irdum resqin bla ma nintebħu,
Għajnejna miftuħin,
deħlin għaliha;
Mixjin reqdin
bla nafu fejn se naslu,
Bit-tama li
fil-bogħod hemm l-art imwegħeda.
Irrid
reġistru kbir għal dawn in-numri
Ta’ r-rjus
u tal-uċuħ li dejjem jikber
Tan-nies li
jiffullaw it-toroq tagħna,
Tal-bini li
bla rażan qed iħarbat
Il-beraħ
kristallin ta’ dawn il-ġżejjer,
Tal-pjazez
iffullati u toroq fgati
B-imwejjet
siġġijiet mank tista’ timxi
Imbagħad
issib li lanqas art ma fadal
Fejn tista’
tmidd riġlejk jew tippassiġġa.
Bħan-nemel
nimxu wieħed wara l-ieħor
Fis-saltna
tas-sonnamboli noħolmu
Ħolm ikraħ,
ħolm imħawwad taħt xemx tisreġ
Bla nqisu
jekk jiflaħx din it-tagħbija
Is-saqaf li
xi darba għad iċedi.
Ikun
jeħtieġ fotografu li jiġbed
Ritratt ta’
dal kollass spettakolari,
Resqin, mexjin
flimkien deħlina għaliha
Mexjin wara
min kliemu hu nixxiegħa
Wegħediet li
ma jseħħux, bżieżaq jinfaqgħu,
Reqdin mexjin
u ssib lill-min jippriedka
Iż-żieda u
t-tkattir fil-ġid tal-kotra
Ta’ Hamelin
dan hu d-daqqaq tal-fifra.
Il-ħmar
il-lejl mhux biss ta’ min imexxi
Jinsab ukoll
fl-imsieraħ u fit-toroq
Għax illuppjata
l-kotra ta’ bla leħen
Li lanqas
għada tgħaraf lilha nfisha
Galiex inqabdet
hija wkoll fix-xibka
Ta’ rqad li
ġġib il-globalizzazzjoni.
Alfred
Grech
03/07/2024
Comments
Post a Comment