Ta’ Ċenċ.
Imtaqqal
is-sema bis-sħab
Il-ġisem
tassew ilsir
Taż-żmien
li qed igerrem
Imma r-ruħ
qatt.
L-ebda
qrara ma twieżen dan it-toqol
Imqar it-tpespis
tal-għasafar
Ma jrejjaqx
ix-xewqat tas-skiet.
Inżul
ix-xemx jista’ jkun bla xefaq
Imbagħad ikun
il-gawwi
Li jġorru
fuq ġwenħajħ.
U jista’
jkun li ruħi mimlija bit-taħdid.
Bla sabar
il-qiegħ tas-solitudni.
Għad-dell
ta’ xi menħir jirgħu t-tamiet fierħa
Li għad xi
darba tibqa’ mfakkar
Bi kliem
imnaqqx ġewwa ż-żonqor.
Hemmhekk issib
is-serħan tagħha
Ir-ruħ bla
lġiem.
Issa li
s-seħer għadda
Tista’
terġa’ tibda tkellimni.
Alfred
Grech
Ta’ Ġenċ
25/07/2024.
Comments
Post a Comment