Tinsiex.

 

Imqar jien għamejt fid-dawl tax-xemx

Il-vulkan irrimetta tqanqilet primordjali

U kliemek bħal vleġeġ jinfduni

Iżda ż-żiffa li tonfoħli

Tħalli fuq ħaddeja traċċi tal-ġjaċint.

Tisfir il-grillu jofraq i-ċpar

Bħal pruwa ta’ dgħajsa fil-bnazzi

Filgħdu l-weraq jistembħu

Bit-tqala tan-nida li mejlithom.

Iżda tinsiex li l-vleġeġ tiegħek

Jgħaddu minn ġo fija.

 

Alfred Grech.

13/07/2024.

Comments

Popular posts from this blog