Lil Patrick.

 

Għalxejn inħambqu jien u int ħabibi,

Leħinna ma jasalx fejn għandu jasal,

Hawn wisq għajjat, tgeżwir, twerżieq itarrax

Biex wieħed jista’ jagħżel ton minn ieħor.

 

Għalxejn terraqna din it-triq weħidna

It-tiq tal-ħsieb u tal-emarġinati,

Mexjin fil-ħmar il-lejl fl-imkien mal-kotra

Qalb folla tas-sonnamboli misjuqa.

 

Ma jfeġġ ebda sinjal biex f’daqqa waħda

Titgħeżżeż l-art inkell jqu xi riefnu

Biex forsi għad xi darba dawk jintebħu

Bl-abbis li b’ħalq miftuħ qed jistenniena.

 

U x’jibqa’ jekk il-fidi mbagħad nitilfu

Li dal-pajjiż xi darba għad jiġi f’tiegħu.

 

Alfred Grech.

10/07/2024.

Comments

Popular posts from this blog