Din Hi Daħna.
Din hi daħna
li tieħu kull għamla
Din hi
ż-żlieġa li tgħatti l-għajnejn
Din hi
l-brimba bil-ħjata ta’ ħolma
Din hi
ħrafa tintemm ma nafx fejn.
Dina karba
li tislet tqanqila,
Dina logħoba
fost ħafna logħobiet
Din funtana
li tfawwar u tmewwet
Dina l- għanja
ta’ ġrajja l-għaddiet.
Ħalli niksbu
matul din il-mixja
l-infinit x’ħin
infittxu bl-appoċċ,
Don Quixote
ifittex il-glorja
B’ritmu
sfiq li jiddetta l-arloġġ.
Alfred
Grech
25/07/2024.
Comments
Post a Comment