Drag Queen.

 

Ħadd ma fehem il-fwieħa

Tal-abbiss iswed dagħwa

U ħadd ma ntebaħ bl-uġigħ

Tal-gomma bejn is-snien.

Tirtogħdu riddtu

Waqt li triegħdu.

Il- mogħoż u nagħaġ l-udjenza tagħkom

Rieqdin fil-ħmar il-lejl

Taħt sema ta’ bla qamar

Taħt xita qliel

Filwaqt li għal lejl wieħed

Għannaqna ġenbejkom

U ħassejna it-tkexkixa tas-silġ.

 

Bejn l-irtokk u l-ħarsa

Kien hemm fergħa niexfa

Li xtaqgħet twarrad fil-mard

Ta’ qlub adulteri.

 

Fil-ġnien tal-agunija

Għemilkom dejjem jiżloq

U d-demm ibaqbaq fil-vini tagħkom

Għandu t-togħma tal-mewt.

 

Alfred Grech

30/07/2024.

Comments

Popular posts from this blog