Waqt Wieħed 3.
Din ġrajja ta’ tajra tittajjar
Din mewġa fil-baħar
tas-skiet
Waqt wieħed mill-ħajja ta’
dejjem
Aħbar ta’ xi ħaġa
l-għaddiet
Dan waqt li tiftakru
għall dejjem
Li jwassal sal-estremita’
Jew kelma li teħles
mill-jasar
Essenza tal-eternita’.
Għaddej minn ġo mina ta’
ħemda
Jew riekeb fuq karru taż-żewġ
Madwarek il-bosk qed
jinħaraq
Taħt qamar li jilma
mal-mewġ.
Alfred Grech
17/07/2024.
Comments
Post a Comment