Waqt Wieħed.

 

Minn fuq l-artal tal-blugħa

Ejja nqaddsu dan il-waqt,

waqt ieħor minn sensiela

li ma joqgħod

fi ħdan l-eternita’.

 

Ejja nieqfu u ma nibqgħux

Ninġarru mal-widien

Bħal bċejjeċ tal-iskart

U kollox għall-li kien.

 

Dan huwa l-waqt

li ser inġorru magħna

fil-wisa’ ta’ bla truf

dil-ftit rgħawa li tirgħa fil-wiċċ

għaliex sakemm  tispiċċa tirrakkonta

issib li kollox kien inbidel

u mnalla jkun dal waqt ta’ riflessjoni

sabiex nintebħu li kollox imbuttat

mill-mutur ta’ xi twemmin

li kollox joqgħod sew

fl-ilbies ta’ dak li nemmnu.

 

Alfred Grech

16/07/2024.

Comments

Popular posts from this blog