Għada nsir esploratur b’għajnejn
ta’seqer
Infitixtek matuq ix-xefaq ta’
li ma jistax ikun
Niflik min rasek sa saqajk
Bħal min iridi jagħannaq art
ġdida mingħajr ma jafha
U jaħtaf id-dinja b’idejħ miftuħa.
Dan jista’ jkun vjaġġ ġdid
Li jtenni ħrejjef ġodda
nkella qodma
U jqanqal il-qalb tas-sejjiebi
li tħabbat bix-xewqa
Li ttaffi il-fjamma ta’ nar
ġdid.
Imqar jekk ma nħokkx
max-xtajtiet tiegħek
Jew ma nħawwilx l-istendard
fuq ramlek
Int tkun is-sejba l-ġdida
fejn jorqdu l-misteri.
Jekk int tixħitli ħabel jien
naqbeż ngħum
Inkella nixxabbat mal-ogħla
sur
Biex nasal sal-quċċata
tiegħek.
Xejn ma jnaqqas mill-ħerqa ta’dan
il-predatur
Li jieħu vantaġġ minn kull invit
Li għandu x-xamma ta’ xi
ħaġa ġdida.
Islifni boxxla, agħtini
fanal
Biex ninfed il-velu tad-dalma
tal-lejl
Biex nikxef sigrieti minn
qiegħ l-abbiss
U nsir il-pijunier qalbieni li
tixtieq tara.
Alfred Grech
28/12/2023
Comments
Post a Comment