Silifni L-Għomor.
Silifni
l-għomor
Biex nista’
mit-tieqa tal-fanal
Nittawwal l-imriekeb
għaddejjin
Jisfidaw ix-xefaq
u l-mewġ tal-ġejjieni.
Sirt ix-xiħ
li jifhem
Il-mixi
għat tiftix ta’ kull tifsira
Inkella bex
jiċċarrat dak l-istar
Li jostor kull
misteru.
Is-saħħa u
l-ħila ma jonqsux
Kif lanqas l-isfidi tal-barrikati
Iżd’issa
llum jien dak li jien
Spettatur għajjien
li jifhem lil ħaddieħor.
Alfred
Grech
23/12/2023
Comments
Post a Comment