Lil Ommi.

 

Il-ftit kliem li ma tgħidx bħal żurżieqa

Jien nixxabbat

Inti tiżżerżaq

Min jaf jekk fit-turmenti

Hemmx il-ħsieb ta’ dak li tista’tagħmel

Inkella x-xkiel li qed iżommok

Marbuta fuq ir-roti?

U jekk ma tafx

Aħjar li ma tkux taf

Aħjar illi ma nafx.

Beraq biss irrid

Ta’ ħsieb li jista’ jġennek.

Mill-bqija tbiegħedt wisq

Biex nista’ innewwel idi

U Xorta bqajt ma tlaqtx.

 

Alfred Grech

17/12/2023.

Comments

Popular posts from this blog