Imqar Is-Sensazzjoni.
Imqar
is-sensazzjoni
Mhux biss
il- ġilda drat
Ir-ruħ u
qalb għajjiena
Tinfileġ b’ħafna
swat.
Mhux biss
trid toħloq dinja
Biex terġa’
tieħu r-ruħ
Jew tfittex
tifsir’ oħra
Għal dak li
mhux mismugħ.
Tkun trid
mhux ftit tal-ħila
Biex terġa’
tibda l-jum
U tibqa’ sakemm
tirbaħ
Il-ħedla ta’
kuljum.
Imbagħad
xħin tibda tgerger
Għax tinsa
dan mhux għajr
Il-ħoss
tal-pieżija
Li jidwi,
tiżżi ħajr.
Alfred
Grech
07/12/2023
Comments
Post a Comment