Dementia.
Mhux li
ħadd ma jridi jaf bik
Imm’inti
mort inħbejt fi kjostru
U l-pis
tiegħek itaqqal lilna lkoll,
F’daż-żmien
fejn ħadd ma jemmen
Fil-mantra
tal-maxtura
F’daż-żmien
fejn kulħadd bieżel
U ħadd ma
jrid jistenna.
Mhux li
ħadd ma jird jaf bik
Imm’inti
bdilt l-intonazzjoni
Ħallejtna wrajk
u tlaqt inkiss inkiss
Mingħajr ma
sellimtilna.
Biex issa
sirt mafkar
Għal min
ikun għaddej
Biex turi
fejn tispiċċa
Il-ħrafa
tal-idjota.
Alfred
Grech.
09/11/2023.
Comments
Post a Comment