F’Liema Ġrajja.

 

F’liema ġrajja ġejna aħna

F’liema żmien

Met’inti lura ġejt

Bil-fanal biex turini l-trejqa.

Issa għalxejn

Jonfoħ fid-deżert ta’ ruħi

Ir-riħ niexxief t’għereuq il-ħajja.

Iż-żmien jkgħaddi għaliex

Minn fuq is-sura imlewna

Bil-bjuda ta’ sbieħ il-jum

Kull tnehida li nibtet minn fost

Dax-xahari tintilef

Fi frażijiet li qatt ma tlissnu.

U inti li timxi qalb il-ward tari

Tal-ġnejna tagħna tintebaħ

Li dan hu kollu xegħir

Tal-għada.

 

Alfred Grech.

14/12 2023.

Comments

Popular posts from this blog