Konkwistatur.

 

Konkwistatur għamiltni tal-art tiegħek,

Imbagħad innawfragajtni bla twissija;

Mhux biex infittex glorja jew il-fama

Salpajt fuq dan il-vjaġġa tal-istennija.

 

Tennejtli storja oħra t’illuħħjoni

Li tfarket fuq l-iskoll tal-art imwegħeda

l-imperi li fittixt fost ir-rikkezzi

bħal ramel li jinġarr fuq xtajta mbegħeda.

 

U kibru d-dellijiet qalb ħafna dubju,

Jekk dan kienx pass żbajlat bħal dawk ta’ dari;

Jekk dak il-ħolm li ħlomt kienx biss il-bidu

Ta’ vjaġġ li jwassal biss għat-tmiem aħħari.

 

Imdawwar bir-rovini wieqaf waħdi;

Battala l-ħsejjes jidwu hawn madwari,

Battala wkoll dik l-art li mort infittex,

U bqajt hawnhekk niġġerra qalb ix-xahari.

 

Alfred Grech

30/12/2023.

Comments

Popular posts from this blog