Xħin Jinxef il-lostru.

 

Xħin jinxef il-lostru

Jibda jixxaqqa l-injam

Id-dewl isib aktar mnejn joħroġ

l-uġigħ ġol ġogi jiżdied.

Ħraf’oħra din jew ħolma sajfija

Ta pjumi jixxejru fuq rasna

Ta’ beimba tixxengel ma pindlu nviżibbli

Żeffiena trapeż tixxejjer fuq bandla

Mingħajr ilqugħ.

Tista’ ssejjaħlu dan sogru bla fejda

Inkella logob tal-ażżard.

Tinsiex li mintix għajr werqa tinġarr mir-rih

Mitlufa bħal ruħ li qed tfittex mistrieħ.

 

Alfred Grech.

22/12/2023

Comments

Popular posts from this blog