Ħallihom.
Ħallihom ħa
jaqdfu
Jekk jafu
għal xhiex
Jekk jafu x’iridu
Imarqa u
mhumiex.
Ħallihom ħa
jemmnu
U jibqgħu
jemmnuh
Jekk dak li
fih jemnu
Jemnuh fil-miftuħ.
Jekk dan iġibilhom
Tal-moħħ
is-serħan
F’did-dinja
ta’ dwejjaq
Mimlija duħħan.
Għax x’jiswa’
li tikxef
Tal-umanita’
Il-maskra
tal-ħażen
U dir-realta’?
Għax
tqanqal wiċċ l-ilma
Jekk jifhmu
’l-xulxin
U fih
jirriflettu
Flimkien magħqudin?
Dil-ħajja
qasira
Trid tmur
mal-kurrent
Ukoll mhux
ser jagħmlek
l-għerf
kollu kuntent.
Alfred
Grech
18/12/2023.
Comments
Post a Comment