Int Lanqas Trid Tieqaf.
Int lanqas trid tieqaf
Imqar jekk taf lit-triq
twila
Imqar jekk taf li hekk
Mhu sejra tieqaf qatt
U lit-triq issibha
Waqt li tkun miexja.
Int lanqas trid tieqaf
Għaliex tittama li jekk xi
darba
Għad tersaq lejn ix-xefaq
Għad tmiss is-sema b’idek.
Jien ma nafx niġix warajk
Għax żmien baqgħali
Daqs kull pass li qiegħed nagħmel
Kul waqt hu pass ieħor
Li nagħtali.
Alfred Grech
19/12/2023.
Comments
Post a Comment