Lanqas Il-Kwiekeb.
Le lanqas
il-kwiekeb ma
Joqgħodu weħidom
iħarsu.
Dalwaqt it-triq
ta’ San Anna u San Gwakkin
Timtela bi
tqnqiliet ġodda
U t-teptip
f’għajnejk isir sinjal
Għal dan
il-baħħari
Ta’
bil-lejl u ta’ ħafna ħolm.
Dalwaqt
jaslulna aħbarijiet oħrajn
Mal-barbaġanni
li jindokra
l-ħsibijiet
solitarji ta’ tarf l-isqaq.
Mil-bqija
dan huwa lejl
Li fih
il-ħolm jgħaġġel ħafna
U l-kwiekeb
ma jpetptux aktar.
Alfred
Grech
29/12/2023
Comments
Post a Comment