Ċertu Dwal.
Id-dawl tal-għajnejn
Fl-iskudella
tar-ras ta’min ma jarax.
Għax xi minn
daqqiet
Ċerti dwal insibuhom
biss
Fil-bir ta’
ġo fina.
U mqar
id-dawl tax-xemgħat
Fuq il-qurriegħa
ta’ras ix-xbejbiet
Qajla
jdawwlu l-mogħodija
Ta’ min hu
għami.
U lanqas
id-dwal ipetptu
Jew iċċassati
fit-twieqi u fit-toroq
Imżejna għal-miġja
Ma jservu
biex iqawwu l-qlub
U lanqas
biex iqarbnu bit-tama
Lil min ilu
li waqa’
Fid-dlam eżistenzjali.
Għax xi
minn daqqiet
Ċerti dwal irrridu
nfittxuhom
Ġewwa fina.
Alfred
Grech
Festa ta’
Santa Luċija
13/12/2023.
Comments
Post a Comment