Inbdilt.

 

Inbdilt?

Ma tafx li nbdilt!

Ħallejt il-fosdqa

Il-kobba tal-ħarir

Rabbejt il-ġwienaħ

U bdejt intir.

Ħallejt id-dmugħ iċċarċar ma ħaddejja

U l-qtar tan-nida jtaqqal il-petali.

Ħallejt r-riħ jobromni

lix-xemx tinsini

fid-dellijiet tal-uħux

li jien sawwart b’idejja.

Dik tagħna kienet titjira

Fuq baħar bnazzi

Fuq xefaq illużorju.

Illum l-illużjoni ħallietni

U qed ngħix lilhinn mix-xefaq.

 

Alfred Grech.

31/12/2023.

Comments

Popular posts from this blog