Xi Jżommni?

 

Xi jżommni wieqaf?

Il-ħabel tal-arloġġ li jaħli lilu nnifsu

U l-molla li ssuqu

Li beda jtektek qabel

Ma ġismi beda jħoss

U qalbi tħabbat.

 

Xi jżommni ħaj

Jekk mhux it-tama

Li għada għad jofroq

Mewġ l-eternita’ u jnissi

Li hwnhekk m’aħniex fuq dgħajsa waħda?

 

Xi jżommni miexi

Jekk mhux il-ħsieb

Jew l-illużżjoni

Li dan il-vjaġġ baqgħalu biex jispiċċa

Inkella li għad iwassal

Għal ximkien?

 

Alfred Grech

O7/10/2026

Comments

Popular posts from this blog