Klinika.
Ma jibqa’ xejn għajr riħa tal-antiseptiku
Imqar jekk
ħlief saqajn imsallba ma tarax
Uħud fil-għera
tagħhom hadd ma jlumhom
Waqt li s-subgħajn jitperrċu qalb iċ-ċingi
Inkella mgħottijin star tal-ponta.
Is-sabar don minn Alla
Jissieħeb mal-uġih tissaportih
Għaliex jekk ix-xuftejn itennu hsejjes
Li ma tifhimx inkella ma tismax
Ikun sar babel dal-pajjiż
Tas-sliem u l-għena.
Tistenna biss li għad imissek
Biex toqbeż il-filliera bla tlaqliq
Għajnejk qed jiffissaw
Fuq dak li hu sabih
Inkella l’hu simetriku
Biex b’hekk taljena ruħek
U tistrieħ.
Alfred Grech
11/10/2026

Comments
Post a Comment