M’hemmx Ħabel Li Jsalva.

 

M’ħemmx ħabel li jsalva

M’hemmx sodda titbandal

Hemm xewqa qadima

Li żżomm bejt il-ħjut.

 

Hemm ħabel li jiġbed

Hemm xbiek bla kuluri

Hemm għajn li tittawwal

U tħares fit-tul.

 

Titkellem ma-żiffa

Qalb mewġ illi jħabbar

Hemm qoxra tal-baħar

Tal-karti l-vapur.

 

Fuq baħar li jaħbi

Hemm dinja li tkexkex

Hemm leħen jirbombja

U mimli dulur.

 

Hemm ruħ li qed togħnos

Hemm ruħ qed tissara

Maċ-ċinga tal-ħajja

U mara qed tgħum.

 

Alfred Grech.

20/11/2024.

Comments

Popular posts from this blog