Int.
Tintilef
ħarstek għad lilhinn mix-xefaq
Mal-ħsejjes
adulanti tal-mewġ ħieles
Imqar tkun
bastiment bla qlugħ u mqadef
Tittama li
se tasal f’tarf id-dinja
F’dan
l-oċean u l-baħħ tal-eżistenza.
Int ċiklu
ta’ ġrajjiet bla tmiem, bla bidu;
Int żmien,
int riħ li jqanqal il-wiċċ ħiemed
Kull mewġa
li tgħaddik tgħid ġrajja ġdida
Mitlufa f’nofs
ta’ baħar ta’ bla xefaq
Biex terġa’
lura tkejjel minn fejn telqet.
Alfred
Grech
30/11/2024
Comments
Post a Comment