200.
Bħal
bastimenti ngħumu f’wiċċ il-baħar
U xejn ma
jimpurtana x’jgħaddi taħtna
Jew x’jista’
hemm jitlajja f’qiegħ l-abbissi,
Kif lanqas
nażżardaw titwila nagħtu.
Aħna li
qed inrewħu f’dil-bużżieqa
Ma jimpurtana
xejn minn dawk t’hemm barra,
Lanqas kif
iħossuhom dawk li telqu
U tilfu
dak li kien qed iħenninhom.
Lanqas
ma jimpurtana li niskopru
X’jista’
jkun hemm lilhinn minn dan ix-xefaq
Biżżejjed
illi nibqgħu bħas-sufruni
Nitbandlu
l’hawn u l’hemm mal-mewġ tal-ħajja
Ma nkunu
nafu qatt għaliex tlajnihom
Dal ħotob
kollha ‘kk ma naqbżux ix-xifer
Alfred
Grech
12/11/2024
Comments
Post a Comment