Jasar Il-Jum.

 

Tintilef fil qerq ta’ li jidher

U fit-tama tat-tagħlim

Qalb iċ-ċomb tal-ħin kiesaħ

Li jgħaġġel

Taħdem u tfalli, tqum u terġa’ taqa’

Imbagħad tmur tqerr dnubietek u jinħafru

Imdendel fuq ħabel stirat

Ekwilibrista

Fejn għajn qatt ma tara

U tarf qatt ma ssib

Jew mistrieħ.

 

Fis-skiet ta’ taħbit il-moħħ

Mal għajja tixxutalek l-ħolm minn fuq għajnejk

ix-xogħol isir bħas-sid

jixrob il-mudullun tal-ħajja

li kienet xi darba.

U issa mqar iż-żmien sar il-qattiel

Sieket, inaqqar, u jitlob aktar.

 

Alfred Grech

01/11/2024.

Comments

Popular posts from this blog