Sibilla.*
Tbissima f’għajnejha
fil-ħakma ksurija,
Bħal fjamma ta’ xema
tixxengel mar-riħ,
Fost qtajjen u ħbula ta’
tama u ta’ dwejjaq
Hi għannqet is-sewwa, pinġiet
is-sabiħ.
Imdawwra bl-għedewwa,
bix-xwabel misnuna,
Hi għanqet il-fidi u l-qawwa
tal-ħsieb,
Għax hemm f’idejn Alla ix-xorti u x-xabla
Li żżarrma u tgħaqqad
l-għedewwa u l-ħbieb.
U b’dik l-aħħar ħarsa, b’dik
l-aħħar tislima
Ħalliet il-belt tagħha fil-ħolm
il-qadim,
Mhux aktar fil-ħebel fil- ġawhar
li jgħammex
Is-saltna tas-sema fil-qub
tal-bnedmin.
Alfred Grech
10/11/2024
Ispirata mix-xeneġġjat “Kingdom
of Heaven” ta’ Ridley Scott.
Comments
Post a Comment