Lil Oliver.
U jiena ħajti kollha domt biex
fhimtek,
X’ridt tgħid fil-vrus
imnebbħa bħal profeti,
Bħal min il-bieb imbexxaq iħallilek
U tibqa’ bla ma taf għandekx
tażżarda
Timxi ’l-quddiem, nkella
tmur tinħeba.
Warajk ukoll insus domt
ħajti kollha
Bil-pass meqjus biex lanqas
ħoss ma nagħmel
Biex għad xi darba forsi
jirnexxili
Noqrob ftit lejk u nħossni
tlajt fis-sema
Imbagħad jekk nibqa’ l-art
ħadd ma jintebaħ.
U fhimt, tgħallimt il mixja
li rrid nimxi
Distanzi twal li għad irrid
interraq
Mingħajr ma naf jekk għadx xi
darba nasal
Fejn jista’ lili jilħaq
id-dawl tiegħek.
Arech Grech
28/11/2024.
Comments
Post a Comment