Meta Jofroħ Il-Baħar.
Meta jofroħ
il-baħar jitla’ ħelu
Ir-riħ
li-qed jistieden lill-baħħara,
Jimbotta ll-mewġ
li jsuq sa fuq ix-xefaq
U jgħatti
d-dinja b’velu ta’blu safi.
F’dawk
il-waqtiet il-baħar qed jitkellem
B’ħafn’ilħna
illi ħadd ma jista’ jwaqqaf
Bil-fwar
tal-fwieħa jfakkar art mbiegħeda
Jiżfen mal-mewġ
u jniedi ħolma fl-arja.
F’din l-għodwa
l-baħar fetaħ qalbu miegħi
Kull qatra
nida jirrifletti l-hena
Ta’
tqanqiiet il-għatx li qatt ma jaqta’
Fuq xefaq
ta’ trankwillita’ moħbija.
Il-ħut
jitla’ fil-wiċċ ma l-ilma jilgħab
U l-ħoss ta’
ġebel ċar ikaxkar miegħi
Fil-qiegħ sagramentali
jaħbi dellu
U bl-għana
tas-sireni jagħmel festa.
U meta
jorqod kollox f’siegħet l-għabex
Il-baħar
jerġa’ jaħbi l-ħolm li pitter
Jofroħ is-skiet;
jitmattar f’dieqa ħelwa
Sabiex mad-dlam
lli jniżżel jagħmel paċi.
Alfred
Grech
05/11/2024.
Comments
Post a Comment