Niobe.
Fuq għolja
mċajpra il-ġebel sar għadam Il-baħħ iħaddan qalb lli darba kenet fjamma.
Issa ma
fadal xejn għajr dmugħ u dieqa u inti bla ma taf tgħum fl-agunija.
Uliedek
leġġenda saru l-għira tal-allat li qed jisimgħu talbek u malajr jikkastigawk.
Kulma kien
sabiħ issa ċċajpar u l-wiċċ sabih li kellek, issa tkemmex.
U xejn ma
fadal għajr il-blat ta’ darek li jgħasar minn għajnejk id-dmugħ imwieżen.
Kull nifs
li tieħu fih il-ħolm tal-ħajja
Kull qatra
dmugħ tistqarr il-pis tal-ġrajja.
Alfred
Grech.
23/11/2024
Comments
Post a Comment