Jien Nista’ Niġi Nħabbat.

 

Jien nista’ niġi nħabbat il-bieb tiegħek

U inti tgħidli nħabbat x’imkien ieħor,

Jien nibqa’ hemm nistenna ftit tal-ħniena

U dan ikun kastig sabiex nitgħallem.

 

Bħal fwieħa tal-inċens l-imħabba tiegħek

Għalkemm qed ninċensak inin il-ġamar,

l-eloġji ma kienux is-saħħa tiegħek

u lanqa il-mixgħela f’lejl imnikket.

 

Għalhekk bħal ħolma tgħaddi u terġa’ tiġi

U lill-mejtin tagħtihom ħajja ġdida,

mix-xejn ix-xitla tinbet biex tinħasad

u b’ħarstek tiftaħ xefaq li jitbiegħed.

 

Alfred Grech.

22/11/2024.

Comments

Popular posts from this blog