Kull Darba Jżid Id-Doża.
Qed jilgħab
dik il-logħoba
Bħal kelb u
bħal qattus
Il-boloħ
qed imexxu
U jirkbu
fuq l-irjus.
Kuljum iżid
id-doża
U donnu m’għandu
xejn
Għarfien ta’
fejn se jasal
U joħroġ
ser minn fejn.
U donnu
qatt ma tgħallem
Tal-ġrajja
l-aqwa għerf
Irid jirrepetiha
Inkella jmur
bit-telf.
Jilgħabu
qed bil-ħajja
Jilgħabu qed
man-nar
U saħansitra
ħolmu
Id-dlam
tal-lejl nin-nhar.
Alfred
Grech
23/11/2024
Comments
Post a Comment