Jien Nista’ Noqgħod Hawn Ukoll Nisimgħek.
Jien nista’ noqgħod hawn
ukoll nisimgħek
Bħalkieku għal darb’oħra ġietni
s-sejħa
Mingħajr ma lanqas nagħmel
ebda mossa
U nħoss li għandek ħafna x’tirrakkonta,
Għalija jkun kurrent li
nħalli jgħaddi.
Jien nista’ wkoll nisimgħek
u nistenna
Sakemm tispiċċa u nieħu nifs
il-ġewwa,
Minn moħħi ferrovija b’ħafna
dħaħen
Issaffar, tgħaddi u lanqas
xejn ma jiġri.
Iżda kun af li dak li tkun
qed tgħidli
Iħalli radda f’wiċċ il-baħar
qiegħed,
Il-kliem li tuża’ u t-ton li
bih titkellem
Mhumiex ser jgħaddi bla ma
xejn ma jiġri
Għaliex minn ġewwa l-qabar
tal-memorji
Tissaffa r-ruħ bin-nar li
jaħraq l-andar.
Alfred Grech
08/11/2024.
Comments
Post a Comment