Ejj’Nistkennu.
Ejj’nistkennu
minn dix-xita
Ta’ kliem
fieraħ, malizzjuż
Ejja nagħmlu
ta’ bir-ruħna
Qed nitilfu
l-ħin prezzjuż.
Ejja
nagħlqu das-siparju
Ma narawx
it-tejatrin
Ibellgħulna
r-ross bil-labra
Mingħalihom:
ma tafx kif!
La bqajn’hawn
fuq din ir-roqgħa
Bħal
ħaddieħor ma tlaqniex,
Ejja nagħmlu
ta’ bir-ruħna
Konna torox,
ma smajniex.
Issa zġur m’għandniex
xi ngħidu,
Issa n-numru
kiber sew
Nispiċċaw fil-minoranza
Għax dawn
kollha minn fejn ġew?
Tlifna
l-fil u tlifna r-riedni,
Lanqas nafu
fejn sejrin,
Ħmar il-lejl
bla ma nistembħu
Fil-filliera
lkoll mexjin.
Alfred
Grech
25/10/2025.
Comments
Post a Comment