Ta’ Pinu.

 

Lanqas hawnhekk, li ġejt għal kemm il-darba

Ma sibt il-kenn li xtaqt sabiex ninġabar

infittex is-silenzi li jnebbħuni

u nifhem kif is-skiet ta’ fuq ix-xefaq

itaffi jista’ d-dwejjaq ta’ filgħodu.

 

Lanqas hawnhekk mal-ġebel għoli mnnaqqax

U max-xbiehat li fis itellfu l-ġabra

Ma nista’ għid li għadni nerġa’ nikseb

Il faraġ illi darba hawn kont infittex.

 

Hawnhekk sar megalopoli ta’ fidi,

Ta’ min l-għeġubijiet għad irid jara,

Inkella li xi darba għad jispunta

Żernieq mingħar iċ-ċpar li jtaffi t-toqol.

 

Hawnhekk il-pellegrini jerġgħu lura

Għax jafu illi kisbu barka ġdida.

Jibqgġli biss li negħreq ġewwa baħar

Ta’ kliem ma jfisser xejn, tgedwid imtenni.

 

Alfred Grech

17/10/2024

 

Comments

Popular posts from this blog