Lil-Għawdex Gżira Reġjun

 

Tħallix min ibellgħalek ross bil-labra,

Jgħidulek ma tistax għal rasek tfendi,

Jew ma tistax ikollok min jimbotta,

Quddiem il-ġnus il-kbar il-kawża tiegħek.

 

Tħallix min inessik il-ġrajja tiegħek

B’għemejjel ta’ kuraġġ u ħila mżejjna,

Fejn inti kont is-sid u kmand ġo darek

U kont minn ta’ quddiem biex lill-barrani

 

Tkeċċiħ u ma tħallix min isoff demmek.

La temminomx jekk jgħidu li wisq ċkejken

Biex tista’ għad xi darba tgħolli rasek

U titlob illi tieħu li jixraqlek,

 

Dak li kien imissek, għax ħadd daqsek

Ma jaf dak li tinħtieġ, x’inhuwa sehemek.

 

Alfred Grech

Jum Għawdex.

28/10/2025

Comments

Popular posts from this blog