Tgħidlix.
Tgħidlix għaliex
m’għandix inħoss id-dwejjaq
Ġo dan
il-wied tad-dmugħ li hija l-ħajja.
Fejn hu dad-dawl sabiħ li qed imexxi?
’L-għaliex
ninsabu hawn ġo din it-trejqa?
Qaluli
nibqa’ nimxi sa ma nasal,
Fis-sema
iżda baqgħet qatt deheret
Il-kewkba
li turini t-triq li twassal
Sa fejn
ridt nasal, inkella fejn hu x-xifer.
Tgħidlix li
hemm għal xhiex inkompli naqdef
F’dan
l-oċean ta’ wisa’ bla konfini,
Infittex ħjiel
li jidher fuq ix-xefaq
Bħal xi
esploratur ta’ dinja ġdida.
Tgħidlix!
Ħallini hawn biex negħreq waħdi
F’dal baħar
ta’ skiet qawwi u apparenzi.
Alfred
Grech.
31/10/2025.
Comments
Post a Comment