Bibien Is-Sema.
Bibien is-sema ma nfetħux
għalina,
Ir-ragħad ikarwat mhu se
jbeżża’ ’l-ħadd;
Għax jiġri x’jiġri xejn mhu
ser jinbidel,
U l-kwanita’ tal-boloħ hi
bla għadd.
Nistiednek miegħi titlaq
i-filliera,
U tiġi ttir u togħola ’l-fuq
mis-sħab
Issib li bdilt ir-rotta,
x-xefaq kiber,
Inżajt l-ilbies u l-ġilda ta’
tallab.
It-triq li fiha mxejt hi
biss mistħajla,
l-imgħoddi li tiftakar, ħmar
il-lejl,
ix-xita tibqa’ nieżla,
is-sema jgħanni,
tintilef f’din l-immensita’
bla kejl.
Middejt idejk għad-diwi f’arja
fierħa’,
Ġrejt wara kull fatat li
seta’ kien
U xħin fittixt is-sewwa
bqajt titfixkel
Għalex is-sewwa kien qed
kullimkien.
Alfred Grech.
18/10/2025.
Comments
Post a Comment