Adieu.

 

Issa li f’dal passaġġ fit-trab u b’qorq imqatta’

Qed tara nżul ix-xemx lilhinn mix-xefaq,

Tinsiex li dan mhuwiex it-tmien, biss waqfa

Fil-post fejn trid tistrieħ bid-dawl ibatti,

Fis-skiet lil trid issibu waqt li tkompli

Il-mixja fejn iddur mal-kantuniera

U ħadd ma jista’ jsegwi. Ħallini ngħidlek

Xi tfisser din il-mixja li għamilna:

Kull tlugħ ix-xemx kien skuża biex inqumu,

U kull tbissima, kenn mill-maltempati.

 

Alfred Grech

09/06/2025

Comments

Popular posts from this blog