U  Xorta Waħda.

 

U xorta waħda ħielsa toħroġ l-għajna

Sinfonija t’għasfur qalb ir-rovini

Qalb tiġrif u ħerba u nies imweġġa’

Li jħabbtu fuq sidirhom destin kiefer.

 

Id-dwejjaq jissikkaw ’mma l-għanja toħroġ

Il-ktajjen ma jxekklux lanqas imewtu

Għax l-għanja hi sinjal ta’ ruħ ribelli

Li ħafja timxi qalb tifrik tal-gwerer

U tferrex iż-żerriegħa fil-ħamrija

Maħsula b’demm u dmugħ ta’ min miet martri

U taħrab bħal inċens mix-xquqtal-firda

Ħafifa tibqa’ tiela’ mingħajr toqol.

 

Alfred Grech

01/06/2025

Comments

Popular posts from this blog