Irrid Il-Ħsejjes tas-Silenzju.
Irrid
il-ħsejjes tas-silenzju
Immur ninġarr
lilhinn mis-skiet
Damdim, tisbit,
taħbit tat-tnabar
U ngħix
is-siegħa li għaddiet.
Jinstema
hoss f’kull waqfa moħbi
F’kull nifs
li baqa’ ma xxandarx
Irrid il-ħsejjes
tas-silenzi
Leħen is-skiet
ma jindarax.
Ma rridx il-ħoss
ta’ min jitkellem
Inkella l-ħalq
ma jingħalaqx
Nismagħha ċara
s-sinfonija
Fis-swali
fejn din ma tilħaqx.
Irrid
il-ħemda li taf taħraq
Il-baħħ lil
jifred l-unita’
F’dil-mixja
twila ta’ bla passi,
Fit-triq
tas-skiet u l-verita’
Alfred
Grech
02/06/2025
Comments
Post a Comment