L-Għada.
Jekk l-għada ma jkunx ħolma, qatt ma ssebbaħ,
Bħal meta f’qiegħ ta’ baħar twaddab ġebla,
Bħal meta l-baħħ timliħ fil-mera tħares,
Tistenna mewġa l’għad iġġib tweġiba.
Titwieled tama fl-għada qabel jisbaħ
Żifna tal-ħin fit-tluq li jasal qabel,
Tkun biss l-imħabba għamja fl-impossibbli
Għax dak li għadda ħalla r-radda tiegħu.
Nistgħu naħarbu l-bieraħ jew inkella
Fid-dell ta’ nofsinhar inġorruħ magħna,
U jekk tgħid illi għada qatt ma jasal
Tkun kelma illi tagħti sens lill-ħajja.
Għax l-għada mhuwiex żmien iżda biss għażla
Li mmissu s-sebħ -misteru b’qalb miftuħa
Għax f’dinja ta’ tgħawwiġ u li tinbidel
Titwied tama fl-għada li jiċċara.
Alfred Grech29/06.2025
Comments
Post a Comment