Ma Nitolbokx.
Ma nitolbokx li
tisma’ dina l-għanja,
Biex inħalliha
tmewweġ fuq il-fewġa,
Rokna ta’ skiet,
fejn hemm il-kliem jorbombja
U ma tidwix f’widnejn
min ma jridx jisma’.
Ma nsejjaħlekx
bit-talba ta’ xi rima,
Lanqas ma nonqox
ismek gewwa l-ġebel,
Ħalliha ttir u
timraħ mingħajr ġwienaħ
Għaliex minn taħt
l-ilsien irrid ngħanniha.
Dwar dak ta’
mingħajr isem trid titlkellem
Dwar l-għadex illi jdub wara l-kampnari,
Ta’ jdejn li ma messewx tal-arpa l-kordi
Tal-ittri li naħarqu bla nibgħatu
Iżda jekk tkun għaddej u tħoss is-sejħa tagħha
Hi tistenniek, biex l-għada ġġorrok magħha.
Alfred Grech
22/06/2025.
Comments
Post a Comment