Dan Huwa.

 

Dan huwa waqt dqskieku kien waqt ieħor;

Inħossok, ma narakx, narak bla nħossok,

Nittewweb qed bin-ngħas għalxejn nistenna’

F’wiċċ l-ilma qiegħdin ngħumu bla ma naqdfu,

Mingħajr ma nafu x’hemm għaddej minn taħtna.

Din hija sinfonija mhix kompluta

Rakkont mingħajr għeluq għax waqaf ħesrem.

Mill-bqija baħħ u skiet maqtuħ mill-bqija

Bħal karba illi tidwi fit-tnissija.

 

Alfred Grech

04/06/2025

Comments

Popular posts from this blog