Il-Lejla Nistaqsik.

 

l-lejla nistaqsk: Tridx timxi miegħi

mhux f’dak il-mixi twil li mkien ma jwassal

nistħajjel illi s-seħer sraqt ta’ dari

f’dit trejqa ta’ bla kliem magħżula għaliha.

 

Il-lejla jiena stess infittxek niġi

fejn mal-ħitan id-dellijiet jitkellmu

u s-skiet jgħannaqna b’dak  li  ma ntqalx  qabel.

 

Xi jġiegħelek temmen li jekk timxi miegħi

Fuq riħ l-irdum fejn soltu konna nimxu

Se terġa’tħoss tferfir ta’ qalb li tħabbat

Ta’  min imdorri jimxi fuq ix-xifer/

 

Alfred Grech

20/06/2025.

Comments