Fittixni.
Ara fittixni fir-riħ u
fit-trab
Fil-ħolma li twiegħedek
dejjem l-għada
U tgħib fix-xejn
Jien niġri lejk bħad-dell
Fuq ħajt taħt ix-xemx
Bil-passi taċ-ċomb taħt xita
ta’ ħsieb
Nibni l-għoljiiet bil-bramel
tar-ramel.
Ara tilħaqx il-waqt li ġa
għadda
Il-jum lli jiskula bħall-ilma
tal-wied
Fiċ-ċirku vizzjus
Tas-serp jibla ’l-denbu.
Xħin taqsam il-pontijiet
tal-għada
Tispċċa fuq xatt it-tnissija
Fl-għabex tad-dellijiet
Jiskontaw il-piena.
Afred Grech
25/10/2024.
Comments
Post a Comment