Għeluq.

Fuq xefaq il-lejl, ix-xemx tinżel fietla,
f'ħemda  li tagħlaq it-triq u ttella’ l-barrikati,
l’ilwien  jorqdu fuq baħar bla ħsejjes,
u f'wiċċ il-qamar, it-toqob isiru ħlewwa fl-għajnejn.

Kollox jaqa' fil-foss ta' silenzju mielaħ,
il-ħsejjes jgħaddu bħal ġmiel minn tubu,
u bejn ir-riħ l-aħħar vers jitkaxkar,
f'kitba moħbija fuq il-karta tal-ħsieb.

Dan għeluq li ma jsibx fi tmiemu telfin,
iżda pass ieħor fil-vjaġġ ta' bla fejda,
meta kollox jgħaddi u l-ħolm isir sinjal,
l-għeluq hu biss il-bidu ta’ xi ħaġ’oħra.

 

Alfred Grech.

24/10/2024.


Comments

Popular posts from this blog